Catalogue
-
- Comité des Ministres
- Assemblée parlementaire
- Congrès
- Droits de l'homme
- Droits de l'homme et démocratie
- Droit des enfants et droit de la famille
- Les institutions démocratiques en action
- Minorités
- Dossiers sur les droits de l'homme
- Charte sociale européenne
- Cahiers de la Charte Sociale
- Egalité entre femmes et hommes
- Cour européenne des droits de l'homme
- Commissaire aux droits de l'homme
- Commission européenne des droits de l'homme
- Droit
- Santé
- Société
- Environnement
- Démocratie locale et régionale
- Education
- Langues
- Jeunesse
- Culture
- Sport
- Communication
- Questions européennes
- Comité des Ministres
Newsletter
PDF - Lignes directrices du Comité des Ministres du Conseil de l'Europe sur une justice adaptée aux enfants (version maltaise) (2015)
Il-linji gwida dwar ġustizzja li tħares l-interessi tat-tfal, kif ukoll il-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħhom, ġew adottati mill-Kunsill tal-Ewropa fl-2010. Fuq il-bażi tal-istandards Ewropej u internazzjonali eżistenti, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-linji gwida huma ddisinjati biex jiggarantixxu l-aċċess effettiv u t-trattament adegwat tat-tfal fil-ġustizzja. Huma japplikaw għaċ-ċirkustanzi kollha li fihom it-tfal, fuq kwalunkwe bażi u fi kwalunkwe kapaċità, x’aktarx li jiġu f’kuntatt mas-sistema tal-ġustizzja kriminali, ċivili jew amministrattiva. Huma jfakkru u jippromwovu l-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal, tal-attenzjoni u r-rispett, tal-parteċipazzjoni, tat-trattament indaqs u tal-istat tad-dritt. Il-linji gwida jindirizzaw kwistjonijiet bħad-drittijiet għall-informazzjoni, għar-rappreżentanza u għall-parteċipazzjoni, il-ħarsien tal-privatezza, is-sigurtà, taħriġ u approċċ multidixxiplinari, salvagwardji fl-istadji kollha tal-proċeduri u ċ-ċaħda tal-libertà.
Is-47 Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa huma mħeġġa biex jadattaw is-sistemi legali tagħhom għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, billi jnaqqsu d-diskrepanza li teżisti bejn il-prinċipji maqbula fuq livell internazzjonali u r-realtà. Għal dan il-għan, il-memorandum ta’ spjegazzjoni joffri eżempji ta’ prassi tajbin u jipproponi soluzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati u rrimedjati n-nuqqasijiet legali u prattiċi fil-ġustizzja għat-tfal.
Dawn il-linji gwida jifformaw parti integrali mill-istrateġija tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tat-tfal u mill-programm tiegħu “Nibnu Ewropa għat-Tfal u Magħhom”. Huwa ppjanat li jiġu organizzati serje ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni, kooperazzjoni u monitoraġġ fl-Istati Membri bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-linji gwida għall-benefiċċju tat-tfal kollha.
Il-Werrej
Prefazju
L-Ewwel Parti – Linji Gwida tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ġustizzja li tħares l-interessi tat-tfal
Preambolu
I. Ambitu u għan
II. Definizzjonijiet
III. Prinċipji fundamentali
IV. Ġustizzja li tħares l-interessi tat-tfal qabel, waqt u wara l-proċeduri ġudizzjarji
V. Il-promozzjoni ta’ azzjonijiet oħrajn li jħarsu l-interessi tat-tfal
VI. Monitoraġġ u valutazzjoni
It-tieni parti – Memorandum ta’ spjegazzjoni
Kummenti ġenerali
Għaliex hemm bżonn strument ġdid?
Sfond
Metodu ta’ ħidma
Proċess ta’ abbozzar
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati
Konsultazzjoni mat-tfal u maż-żgħażagħ
Struttura u kontenut
Introduzzjoni
Memorandum ta’ spjegazzjoni
Preambolu
I. Ambitu u għan
II. Definizzjonijiet
III. Prinċipji fundamentali
IV. Ġustizzja li tħares l-interessi tat-tfal qabel, waqt u wara l-proċeduri ġudizzjarji
V. Il-promozzjoni ta’ azzjonijiet oħrajn li jħarsu l-interessi tat-tfal
VI. Monitoraġġ u valutazzjoni
Thèmes similaires
Living library - Close the chapter on child detention (2015)
European Rules for juvenile offenders subject to sanctions or measures (2009)
Attention, en vertu de nos conditions générales de vente, l'achat des PDF/epub est réservé aux particuliers.